top of page

WIRJIET U KOMPETIZZJONI NAZZJONALI TAL-PRESEPJI MILIED 2022






Biex inkomplu inkattru l-kultura tal-bini tal presepji u l-pasturi tradizzjonali, u l-apprezzament

lejn il-Wirt Kulturali Intanġibbli, l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, flimkien

mad-Direttorat tal-Kultura, qed jieħu diversi inizjattivi biex ikompli jħeġġeġ l-għarfien dwar din

it-tradizzjoni. Wara l-masterclass u diversi workshops rigward il-bini tal-presepji, ser ikunu qed

jiġu organizzati Wirjiet u Kompetizzjoni Nazzjonali tal-presepji taħt diversi kategoriji. Ilpresepisti

u delettanti jistgħu japplikaw taħt waħda minn dawn il-kategoriji.


Dawk il-presepisti u delettanti li jixtiequ jesebixxu l-presepji kemm għall- Wirjiet Nazzjonali u

kif ukoll jieħdu sehem f’Kompetizzjoni Nazzjonali, taħt diversi kategoriji, għandhom jimlew

APPLIKAZZJONI A.


Dawk il-presepisti u delettanti li jixtiequ jesibixxu l-presepju għall-Wirjiet Nazzjonali għandhom,

jimlew APPLIKAZZJONI B.


Regolamenti u formoli t’applikazzjoni ta’ dawn iż-żewg kategoriji issibhom hawn mehmuzin.

Għal aktar informazzjoni, tistgħu iċċemplu lid-Direttorat tal-Kultura fuq in-numru tal-uffiċċju

2090 8976 jew b’email fuq emanuel.e.vella@gov.mt.










Regolamenti_Applikazzjoni_A
.pdf
Download PDF • 1.01MB

Regolamenti_Applikazzjoni_B
.pdf
Download PDF • 544KB







bottom of page